© Radju Katidral
Developed by: Videotones Malta ICT
Radju Katidral 90.90 fm st
Lehen il-Katidral f' darek
About Us

Fit-23 ta’ Diċembru 1999, li Radju Katidral xandar għall-ewwel darba fuq il-frekwenza ta’ 90.9FM Stereo. 
 
Tul din il-medda ta’ 12 –il sena, Radju Katidral kiseb diversi suċċessi fl-iskedi li pproduċa. Apparti diversi programmi informattivi, spiritwali, reliġjużi, interattivi u divertenti, Radju Katidral dejjem offra s-servizzi tiegħu mill-knisja Katidrali ta’ Għawdex. Dan wassal biex fil-veru sens tal-kelma, ikun “leħen il-Katidral” ġewwa darek !
 
Radju Katidral ma ntrabatx biss mat-trasmissjonijiet fuq ir-radju, iżda aġġorna ruħu, u nistgħu ngħidu li konna pijunieri fil-qasam tat-teknoloġija. Infatti, Radju Katidral daħal għal diversi proġetti innovattivi, fosthom: il-websajt tar-radju, l-automation system, il-link system bejn iż-żewġ studios ta’ Radju Katidral, l-outside broadcasting unit, u finalment l-online television. 
 
Dan kollu huwa l-frott ta’ diversi snin ta’ ħidma u sagrifiċċji, sabiex intom, semmiegħa ta’ Radju Katidral, tkunu f’liema parti tad-dinja tkunu, issegwu u tgawdu t-trasmissjonijiet mill-“għolja taċ-Ċittadella”!

HOME  |  ABOUT US  |  SCHEDULE  |  LIVE STREAMING  |  CREW  |  LINKS  |  ONLINE TV  |  DONATIONS  |  CONTACT US