Wasalna fi tmiem is-sena

Xahar wara xahar, u ġimgħa wara ġimgħa wasalna biex bil-għajnuna t’Alla ngħalqu s-sena 2019. L-aħħar jum tas-sena niddedikawh biex inroddu ħajr lil Alla għall-għajnuna kollha li għoġbu jagħtina matul din l-aħħar sena.

IT-TLIETA 31 TA’ DIĊEMBRU 2019:

8:00am Quddiesa u wara tibda l-Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella tas-S. Sagrament.

6:15pm Barka Ewkaristika li tagħlaq l-Adorazzjoni u Sinfonija Pastorali.

6:30pm Pontifikal Solenni ta’ Radd il-Ħajr bil-kant tat-Te Deum.