HOME  |  ABOUT US  |  SCHEDULE  |  LIVE STREAMING  |  CREW  |  LINKS  |  ONLINE TV  |  DONATIONS  |  CONTACT US
© Radju Katidral
Developed by: Videotones Malta ICT
Radju Katidral 90.90 fm st
Lehen il-Katidral f' darek
Latest News


SANTA MARIJA 2017
Ninsabu ġimgħa bogħod mill-ftuħ tal-festa ta’ Santa Marija. Għal ħafna minna, partikularment tfal u żgħażagħ, dan huwa l-isbaħ żmien tas-sena. Imma jeħtieġ li nagħmlu ħilitna flimkien biex il-festa, lil hemm mid-divertiment u dak kollu li ġġib magħha fuq barra, tkun okkażjoni ta’ tiġdid fil-ħajja tal-fidi tagħna. Għal darb’oħra, Santa Marija qegħda tippreżentalna misteru kbir quddiemna, għaliex nilmħu fiha l-ħwejjeġ ta’ Alla magħqudin ħaġa waħda mal-ħwejjeġ talbniedem. Dak hu li jfisser meta ngħidu li telgħet is-sema birruħ u l-ġisem. Għalhekk ejjew niċċelebraw bil-kbir lil Santa Marija waqt li nħarsu lejha u nitolbuha biex qatt ma nifirdu l-ħwejjeġ ta’ Alla mill-ħwejjeġ tagħna l-bnedmin għaliex b’hekk inkunu qegħdin infaqqru n-natura tagħna l-bnedmin mill-ogħla ġieħ li qatt ingħatalha. Bħal donnha saret lifestyle li lil Alla nħalluh barra f’kollox u għal kollox għax mingħalina ser immorru għall-aħjar! Ejjew nagħmlu minn din il-festa li ġejja okkażjoni biex nerġgħu nissaħħu filkonvinzjonijiet ġejjin mill-fidi tagħna. Jekk inżommu dan quddiem għajnejna, kollna kemm aħna napprofittaw mitqlu deheb minn dawn il-jiem għeżież tal-kwindiċina, tat-tridu u tal-jum tal-15 ta’ Awwissu.
SKEDA RADJU KATIDRAL U RADJU KATIDRAL ONLINE TV
Radju Katidral bi skeda speċjali tal-Festa mit-23 ta’ Lulju sas-16 ta’ Awwissu 2017.